Tnieda l-proġett “Fields of Diversity”, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li ssir riċerka għall-identifikazzjoni, il-konservazzjoni, u l-propagazzjoni ta’ siġar tal-frott indiġeni Maltin u sabiex terġa’ titkattar il-popolazzjoni tar-reġina tan-naħal Maltija.
Il-proġett qed isir b’investiment ta’ €261,000 li parti sostanzjali minnhom huma fondi Ewropej, filwaqt li l-bqija huma fondi nazzjonali.
Permezz ta’ dan il-proġett mhux biss se tiżdied il-popolazzjoni tan-naħal, iżda se jibda wkoll programm ta’ inseminazzjoni artifiċjali tar-reġina tan-naħal indiġena Maltija li se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Malta.
Dan il-proġett tnieda mill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Chris Bonett.
Huma spjegaw li d-Direttorat għall-Affarijiet Rurali fil-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem ukoll sabiex iwaqqaf Ċentru għall-Innovazzjoni, Xjenzi Rurali u Ġestjoni Ambjentali fir-Razzett Sperimentali tax-Xewkija.
Ritratt ewlieni: citrusindustry.net