Ġie fi tmiemu l-proġett ‘From Here we Rise’, iffinanzjat mill-Programm tal-Unjoni Ewropea, għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Ugwaljanza.
Dan il-proġett, li ra l-kollaborazzjoni ta’ 12-il pajjiż, indirizza d-diversi sfidi soċjali, ekonomiċi u politiċi li ffaċċjaw il-minoritajiet etniċi, fosthom immigranti, li ġabet magħha il-pandemija tal-Covid-19.
Dan anke fid-dawl tal-ugwaljanzi bejn is-sessi, sabiex tiġi xprunata l-bidla.
Tkellimna mal-persuna li mexxiet dan il-proġett, li spjegatilna l-għan warajh.
“The aim of the project was to explore the impact of the covid-19 pandemic had on vunlerable groups. The target group to begin with was migrants, the Roma community, people living in rural areas and the LGBT community.”
Preżenti għal din il-Konferenza tal-Aħbarijiet, kien hemm fost l-oħrajn, membri minn diversi għaqdiet li jiġġieldu għall-ugwaljanza minn madwar l-Ewropa, l-Ewroparlamentari Laburista, Cyrus Engerer u l-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca.