Fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tinstab soluzzjoni għat-traffiku fi Triq l-Imdina f’ Ħ’ Attard jiġifieri bejn l-Imrieħel u r-Rabat, fejn dettalji dwar dan il-proġett ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Qal dan il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg f’ konsultazzjoni pubblika s-Sibt filgħodu fis-Salina fejn sostna li dak li kien ippjanat erbgħin sena ilu baqa’ ma sarx sabiex jibqgħu jgawdu ftit resident b’ detriment għal diversi nies oħra.
Il-Ministru Borg kompla jgħid kif ta’ direzzjoni biex tinstab soluzzjoni għal-konġestjoni tat-traffiku fit-telgħa tal-Mellieħa. Dan mingħajr ma’ ssir ħsara lis-siġar tal-Prinjol li ilhom hemm għal mijiet tas-snin.