Se jitnieda proġett pilota f’Malta biex jiġu identifikati każijiet ta’ nuqqas ta’ smigħ. Dan tħabbar f’dibattitu virtwali li mexxa l-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba, propju ful-jum internazzjonali dwar is-smigħ. Hawn ipparteċipaw ukoll rappreżentanti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-Assoċċjazzjoni Ewropea tal-Professjonisti dwar in-nuqqas ta’ smigħ, fost l-oħrajn.
It-tema tad-diskussjoni kienet ‘Hearing Care for All!’, u sejħet għal azzjoni globali biex it-telf tas-smigħ jew il-mard fil-widnejn ikunu ndirizzati kif xieraq.
Dr Agius Saliba qal, “According to the WHO there are 466 million people worldwide with a hearing disability. According to a report by Hear-It, 22.6million people who have untreated hearing loss live within out Union. In turn, this is costing the Union 185 billion euros a year. One of the reasons for this might be that people are not encourgaed to have their hearing checked on time.”
Il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli semmiet li madwar 1.4% tal-popolazzjoni Maltija għandha problema tas-smigħ fuq livelli varji, u l-Gvern nieda wkoll diversi proġetti biex dawn jieħdu l-aqwa servizzi, bħad-dipartiment ġdid tal-awdjoloġija fl-isptar Mater Dei. Qalet ukoll li qed issir ħidma fuq l-istrateġija nazzjonali tal-iscreening tat-tfal biex problema fi s-smigħ tiġi identifikata mill-aktar fis.
Il-Ministru Farrugia Portelli stqarret: “Nemmnu fil-proġett li se jkun qed imexxi Alex Agius Saliba, u fil-jiem li ġejjin se nħabbru proġett pilota fl-irħula Maltin u Għawdxin biex nidentifikaw dawn il-każijiet.”