Is-sena li għaddiet, il-Gozo Channel għamlet profitt ta’ €1,863,789.
Ħabbar dan il-Ministu għal Għawdex Anton Refalo fil-Parlament fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Fit-tweġiba tiegħu, Refalo nnota wkoll kif il-qliegħ sostanzjali tal-Gozo Channel – illum Gozo Channel Operations Limited – jikkuntrasta bil-kbir mal-operat tal-istess kumpanija lura fl-2012.
Fil-fatt fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista, il-Gozo Channel irreġistrat telf ta’ miljun, sitt mija u tletin elf, tliet mija u tlieta u disgħin ewro. Telf li mhux talli nġieb fix-xejn, talli ddawwar fi profitt b’saħħtu. Qabża ta’ qrib it-tliet miljun ewro u nofs.