Il-Professur Antonella Viola, li hija waħda mill-esperti mediċi fuq il-Covid-19 fl-Italja rċiviet ittra ta’ theddida, flimkien ma’ balla.
Dan wara li hija ħeġġet sabiex it-tfal jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19.
Fl-Italja t-tilqima kontra l-Covid-19 għat-tfal bejn il-ħames snin u ħdax-il sena bdiet tingħata x-xahar li għadda.
Il-Professur Viola qalet kif fl-ittra kien hemm miktub kif se jisparaw lilha jew lil xi ħadd mill-qraba tagħha, jekk se tkompli tħeġġeġ it-tfal jieħdu t-tilqima.
Dan wassal biex hija flimkien mal-qraba tagħha qed jingħataw il-protezzjoni tal-Pulizija.
Professur Viola sostniet kif hija se tkompli b’xogħolha biex tħeġġeġ aktar ġenituri sabiex jieħdu lil uliedhom jitlaqqmu, għaliex dan huwa sigur.