Ftit jiem biss wara li ġew irrappurtati nieqsa, instabu l-katavri ta’ Professur Awstraljan flimkien ma’ oħtha li ġew midfuna fid-dar ta’ qraba fl-Arġentina.
L-awtoritajiet qalu li Pirhya Sarusi u Lily Pereg, li t-tnejn li huma huma ċittadini tal-Iżrael, kienu ġew midfuna fil-belt ta’ Mendoza.
It-tifel ta’ Sarusi, Gil Pereg, li jgħix l-Arġentina ġie mixli bil-qtil.
Wieħed mill-katavri kellu tliet sparaturi u l-katavru l-ieħor kellu indikazzjonijiet ta’ ġlied.
Pereg innega li ġraw affarijiet illegali fil-proprjetà tiegħu.