Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, Silvio Schembri, qal li l-professjonisti fl-accounts u l-proċeduri jridu jadattaw għall-bidliet teknoloġiċi u għalhekk l-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jiġu modifikati skont il-ħtieġa.
Silvio Schembri żied jgħid li l-professjonisti fis-servizzi finanzjarji għandhom ikunu flessibli u jfittxu li jsaħħu l-ħiliet tagħhom.
Huwa temm ifakkar li d-domanda għat-talent dejjem se tibqa’ tiżdied u mhux tonqos u għalhekk żgur mhux se naraw l-eleminazzjoni tal-professjonisti u għaldaqstant fid-dawl ta’ dan qal li għalhekk tnediet borża ta’ studju bejn il-MITA u l-Universita’ ta’ Malta biex tħeġġeġ l-istudenti biex ikomplu bl-istudji tagħhom f’livell ta’ Masters u Dottorat fid-DLT.