Bħalissa għaddejja sejħa għall-inġaġġ għar-rwol ta’ care-plan coordinators fid-Dipartiment tas-servizzi Korrettiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan huwa t-tieni ingaġġ għal din il-kariga fl-aħħar xhur, li grazzi għaliha ir-residenti se jkomplu jibbenefikaw iktar minn pjan ta’ kura personalizzata mill-ewwel jiem tagħhom fil-Faċilità.
Dan l-ingaġġ ta’ professjonisti huwa parti mill-ħidma tal-Faċilita’ sabiex is-servizz offrut fuq livell professjonali fil-qasam tar-riforma fl-imġieba tar-residenti, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala rijabilitazzjoni, tkompli tara progress.
Ir-rwol ta’ Care Plan Coordinators jikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-priġunieri l-assistenza lil priġunieri fl-implimentazzjoni ta’ pjani ta’ kura. Se jgħin ukoll fl-immotivar tal-priġunieri sabiex jinvolvu ruħhom fit-twettiq tal-pjan ta’ kura tagħhom. Dan flimkien ma assistenza lir-residenti biex jifhmu il-ħsara li huma setgħu ikkawżaw lill-vittmi u lis-soċjeta u jippromwovu programmi ta’ medjazzjoni mal-vittma.
Dawk interessati li japplikaw għal dan l-irwol jistgħu jagħmlu dan sat-12 ta’ Awwissu, 2016.