Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, ippreżenta Ċertifikati ta’ Ħila ta’ Patrimonju lil tmintax-il profesjonist, li jaħdmu fil-qasam tal-konservazzjoni u tar-restawr tal-patrimonju kulturali, waqt ċerimonja tal-okkażjoni.
Dan iċ-ċertifikat, li qed jinħareġ għat-tieni darba mill-Bord tal-Warrants tar-Restawraturi, għandu l-għan li jirregola x-xogħlijiet relatati mal-attivitajiet marbutin mal-professjoni tal-konservaturi u r-restawraturi, kif jistipula l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.
Il-Ministru saħaq li, permezz ta’ dan l-għoti ta’ rikonoxximenti, il-Gvern qied jagħraf lil dawn il-professjonisti Maltin, f’xogħlijiet li jeħtieġu jsiru bil-galbu, minn min għandu l-warrant jew Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju.

Kitba ta’ Andre Mizzi