Il-Professur David Attard reġa’ ġie elett bħala Mħallef fit-Tribunal Internazzjonali għall-Liġi tal-Baħar. Il-Professur reġa’ ġie elett f’din il-kariga għat-tieni darba konsekuttiva wara li disa’ snin ilu kien ġie elett għall-ewwel darba.
F’kummenti ma’ dan l-istazzjon, l-Ambaxxatriċi Vanessa Frazier, ir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda qalet li l-imħallef Attard se jservi fuq dan it-tribunal għad-disa’ snin li ġejjin.
“L-Imħallef se jerġa’ jkun membru ta’ dan it-tribunal għal disa’ snin għaliex il-ħatra hija għal disa’ snin. Imbagħad għal dan l-aħħar disa’ snin l-Imħallef kien ġie elett bejn l-Imħallfin stess Viċi President tat-tribunal.”
Frazier kompliet tispjega li f’din il-leġislatura hemm il-possibbilta li l-Professur Attard jiġi elett biex iservi fil-kariġa ta’ President minħabba l-vot qawwi li kiseb.
“L-elezzjoni kienet suċċess kbir. Rekord. Ilkandidat Malti kiseb l-aktar voti mill-kandidati kolha eletti ġab mija sittin vot minn mija u sitin vot jiġifieri suċċess assolut għalih”
Frazier kompliet tispjega li l-Imħallef Attard huwa pijunier fis-settur tal-liġi tal-baħar.
“Kif nafu l-Imħallef Attard huwa sinonimu mal-liġi internazzjonali tal-baħar. Huwa rikonoxxut u l-aqwa universitajiet jużaw kotba miktubin minnu u huwa konsulent ta’ ħafna Gvernijiet apparti li huwa konsulent tal-Gvern Malti fuq is-suġġett.”