Il-Professur Carmen Sammut inħatret bħala Chairperson tal-Public Broadcasting Services (PBS). Waqt laqgħa ġenerali annwali, il-Gvern ħabbar il-bord tal-PBS li se jkun magħmul miċ-Chairperson flimkien ma’ tmien Diretturi li kollha ġejjin minn sferi differenti tas-soċjetà.
Id-Diretturi se jkunu Dr Maria Brown, is-Sur Ray Calleja, is-Sur Jeremy Camilleri, is-Sur Engelbert Grech, is-Sur Albert Marshall, Dr Marthese Portelli, is-Sur Oliver Scicluna u Ms Adriana Zarb Adami.
Il-Ministru responsabbli mix-xandir nazzjonali Carmelo Abela qal li l-irwol ewlieni ta’ dan il-bord huwa jwettaq ir-riforma meħtieġa ħalli l-istazzjon nazzjonali jkompli jtejjeb il-kwalità u jservi l-interess pubbliku
Dan il-bord inħatar l-għada li ġie ffirmat ftehim bejn il-gvern u l-PBS dwar il-kontribut finanzjarju tal-Gvern għall-ħames snin li ġejjin, b’medja ta’ kważi €6 miljun fis-sena.