Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis vara produzzjoni viżiva ġdida biex iħeġġeġ lin-nies ma jinsewx lill-anzjani qraba tagħhom f’dan il-Milied.
Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis iħoss li hemm ħafna anzjani li matul dan il-Milied u żminijiet ta’ festi jispiċċaw fis-solitudni, anke jekk ikollhom qraba li jistgħu iżuruhom, u għaldaqstant ħeġġeġ biex min għandu qraba jew ħbieb anzjani ma jinsewhomx dan il-Milied.
Il-produzzjoni viżiva nħadmet ma’ DeeMedia.tv bis-sehem ta’ diversi atturi, fosthom l-attur veteran Elio Lombardi.
Is-Segretarju Parlamentari qal li jittama li dan il-filmat jgħin biex wieħed jirrealizza kemm hi sabiħa li tkun taf tħobb lin-nies ta’ madwarek, fosthom lill-anzjani li jkunu tant taw kontribut lis-soċjetà.
Wieħed jista’ jsegwi din il-produzzjoni viżiva permezz ta’ dan il-link: https://youtu.be/-Pqjnv3CznA