Minn April li ġej, il-produtturi żgħażagħ Desier Debono u Melanie-Jo Mangani se jkunu qegħdin jaħdmu bi sħiħ biex f’Ottubru li ġej jagħmlu r-ritorn televiżiv tagħhom fix-xena tad-drama.
Wara li f’Ottubru tal-2015, l-istess produtturi pproduċew id-drama LIBRA, se jirritornaw bi drama oħra, li x-xogħol fuqha ilu li beda mis-sena l-oħra.
Id-drama li ġejja se tkun mimmlija b’kull ma wieħed jistenna, b’uħud mill-aqwa atturi Maltin. Jidher ċar li l-produzzjoni fiha ammont sostanzjali ta’ xogħol u li hemm ammont ta’ nies involuti fil-proċess kollu.
DM MIDJA huma determinati għal debutt ieħor, din id-darba b’ippjanar komplut u bi kwalita’ ċinematografika.
Għalkemm kien hemm diversi talbiet mill-pubbliku għal kontinwazzjoni tad-drama LIBRA, Debono qal li l-produzzjoni ‘aqua passata’ u ma jrid jagħmel xejn ħlief li jħares ‘il quddiem b’xi ħaġa ġdida.