Strajk tal-piloti qed thedded li titjiriet li qed iġorru ammont kbir ta’ prodotti ta’ Amazon aktarx se jibqgħu l-art għaż-żmien tal-vaganzi.
Madwar 250 pilota impjegati minn ABX Air ħarġu fuq strajk t-Tlieta filgħodu wara protest fuq allegatament nuqqas ta’ impjegati.
Issa Amazon u kif ukoll il-kumpanija DHL Worldwide Express, li huma żewġ klijenti ta’ ABX, jaf ikollhom ibgħatu l-konsegwenzi għal deċiżjoni li huma ma għandhom l-ebda kontroll fuqha.
ABX topera madwar 35 titjira kuljum għal Amazon u madwar 45 titjira kuljum għad-DHL, skont Teamsters Local 1224, unjin li tirrappreżenta lill-piloti.
Din id-deċiżjoni jaf toħloq dewmien kbir speċjalment għall-klijenti ta’ Amazon, għaż-żmien tal-vaganzi, skont il-unjin. Amazon għadha ma tkellmitx fid-dawl ta’ din il-problema.
“Lesti li nassistu lill-klijenti tagħna biex nimminimizzaw l-impatt li kien hemm fuq l-operazzjonijiet tagħhom speċjalment waqt dan iż-żmien impenjattiv,” tenna il-President ta’ ABX Air, John Satkovich.