Ammont ta’ prodotti mill-annimali, prodotti tal-ikel u anke xorb kienu miżmuma dalgħodu f’operazzjoni konġunta mwettqa minn uffiċjali mid-direttorat għas-saħħa ambjentali, id-direttorat responsabbli mir-regolazzjoni veterinarja, id-dwana u d-dipartiment tal-VAT.
L-ikel li joriġina mill-annimali se jiġi meqrud minħabba r-riskju ta’ tixrid ta’ mard preżenti fl-Ukraina, li jista’ jikkawża mard lil bhejjem Maltin.
Dawn il-prodotti kienu se jiddaħħlu fis-suq lokali u nstabu f’vettura ġejja mill-Ukraina. F’operazzjoni simili ftit ġimgħat ilu, kunsinna oħra kienet miżmuma u meqruda. L-awtoritajiet Ukreni kienu informati b’dan kollu.
L-awtoritajiet Maltin se jagħlu spezzjonijiet oħra biex ikun żgurat li l-ikel jiġi ttrasportat skond il-liġijiet u r-regolamenti kurrenti.