L-Awtorita tal-Ippjanar għaddejja bi proċess ta’ konsultazzjoni sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna jkollna siti li jiġu meqjusa bħala dominju pubbliku .
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttigieg spjega li l-Awtorità qed tilqa’ diversi suġġerimenti mingħand il-pubbliku dwar is-siti proposti u qed jiġi indirizzat t-tħassib tal-pubbliku f’ċerti każi.
Għall-konsultazzjoni hemm 24 sit li ġew proposti minn għaqdiet ambjentali u l-Ministeru għall-Ambjent . Dawn is-siti jinkludu Manoel Island, Wied Garnaw, Ħondoq ir-Rummien, il-Kalanka ta’ Delimara, Kemuna, iċ-Ċitadella, Fomm ir-Riħ u Ta’ Ċenċ .
Siti li jistgħu jingħataw protezzjoni ambjentali ikbar u l-pubbliku ikollu cans igawdihom .
Id-deċizzjoni tal-liema s-siti se jingħataw it-titlu tad-dominiju pubbliku se tkun f’idejn il-Parlament.
Is-segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius spjega kif il-liġi tad-dominju pubbliku hija importanti għall-gvern . Liġi li ġiet approvata b’mod unanimu f’Mejju elfejn u sittax mill-Parlament . Huwa appella lill-pubbliku sabiex jipparteċipa fil-proċess ta’ konsultazzjoni .
Il-Konsultazzjoni Pubbliku se tingħalaq fil-ħdax ta’ Awissu . Aktar dettalji dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni jistgħa jinkiseb minn fuq is-sit tal-Awtorita tal-Ippjanar.