Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li din is-sena se tibda ssir proċedura ġdida fl-Isptar Mater Dei għall-kanċer tal-fwied.
Il-Ministru Fearne qal dan bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg. Il-Ministru spjega li t-TACE (transarterial chemoembolization) se twassal biex tumuri fil-fwied ikunu trattati b’mod aktar effettiv u b’ħafna anqas side-effects.
Fearne żied jgħid li sabiex tkun tista’ ssir din il-proċedura ġdida ser jiddaħħal forma ġdida ta’ Doxorubicin (mediċina) fuq il-formolarju tal-gvern. Huwa stmat li madwar 70 pazjent ġdid fis-sena ser jibbenifika minn din il-mediċina u proċedura ġdida mingħajr ħlas.