Problema teknika li esperjenza l-Bank of Valletta kmieni dalgħodu wasslet biex klijenti tal-BOV daħlu fil-kontijiet tagħhom u sabuhom żero.
Kienu bosta li ħadu qata’ u dlonk ċemplu lill-bank hekk kif dak li beda jidher ma kienx jirrifletti dak li sippost.
F’messaġġ fuq Facebook, il-Bank spjega kif kmieni dalgħodu kien hemm problema teknika bis-servizzi tal-internet tal-bank li affettwaw il-funzjonijiet għal xi wħud mill-klijenti.
Sostnew kif tim ta’ tekniċi qed jaħdmu qatigħ biex isolvu din il-problema mill-aktar fis possibbli.