Kif tmejjel u ċċaqlaq il-mobile tiegħek waqt li ddaħħal il-password jista’ jkun qed jagħti ħjiel qawwi lil hackers dwar il-pin number u l-passwords tiegħek.
Almenu hekk qed jgħidu esperti mill-Università ta’ Newcastle. Dawn analizzaw il-moviment li jagħmel bniedem meta juża smartphone. Wara ċertu ħin josservaw, kienu kapaċi jaqtgħu l-passwords ta’ nies quddiemhom, huma u jdaħħlu l-pin numbers, 70% tad-drabi, fl-ewwel attentat. Sakemm provaw għall-ħames darba, setgħu jiskopru l-pin numbers 100% tad-drabi.
It-tim ta’ esperti qalu li kumpaniji kbar tat-teknoloġija jafu bil-problema imma ma jistgħux isibu mezzi kif isolvuha.