Carmel Azzopardi ta’ ħamsa u ħamsin sena nstab ħati li f’jiem differenti f’Ġunju li għadda, seraq djamanti b’valur ta’ iktar minn għaxart elef ewro.
Huwa tpoġġa fuq probation għal tliet snin.
Azzopardi ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih kif ukoll għadda l-informazzjoni dwar fejn kienu qegħdin dawn id-djamanti u lil min għaddihom.
L-imputat spjega li jabbuża mid-droga u ilu mal-erbgħin sena, kuljum jieħu d-droga kokaina.
Saħaq li riżultat ta’ dan il-vizzju daħal f’dejn kbir.