Franċiża ta’ disgħa u għoxrin sena tpoġġiet fuq probation għall-perjodu ta’ sentejn, wara li fil-Qorti t’Għawdex ammettiet li kkaġunat ġrieħi gravi fuq anzjan ta’ tlieta u sebgħin sena min-Nadur, kif ukoll ħsarat b’mod involontarju.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar, fi Triq San Anard, ix-Xewkija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ordnat ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan għal tliet xhur.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.