Raġel ta’ 39 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħata ordni ta’ probation ta’ 24 xahar, wara li wieġeb ħati li ta fastidju u hedded lill-eks mara tiegħu u filwaqt li ta fastidju wkoll lil bintu.
Fil-Qorti ntqal li t-theddid seħħ waqt argumenti bejn il-koppja.
Huwa ġie arrestat u mressaq il-Qorti, il-Ħadd filgħodu, wara żewġ rapporti li saru fil-konfront tiegħu.
L-imputat għandu fedina penali nadifa u fil-Qorti ntqal li għandu bżonn jiġi f’tiegħu wara li tkisser iż-żwieġ tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit, semmiet kif l-imputat qatt ma kien vjolenti maż-żewġ vittmi, u b’hekk appella għal piena ta’ probation u li jingħata l-għajnuna.
Intqal li waqt stqarrija li ta l-imputat, huwa ma waqafx jibki.
L-imputat instab ħati u ingħata sentenza ta’ 24 xahar probation.