Raġel ta’ 35 weħel tlett snin probation wara li instab ħati t’attentat ta’ qtil fuq eks ġurnalista.
James Aquilina tpoġġa fuq ordni ta’ probation u sorveljanza wara rakkomandazzjoni tal-psikologu kliniku u uffiċjal tal-probation.
Il-każ imur lura għal Ottubru elfejn u disgħa meta James Aquilina tah daqqiet ta’ sikkina lil sid ta’ stabbiliment David Darmanin.
Darmanin li għamel xi żmien jaħdem ta’ ġurnalist ma’ gazzetta lokali, spiċċa qala erba’ daqqiet u nstab mitluq għal tulu f’għadira demm.
Fil-Qorti instema’ kif il-mottiv ta’ Aquilina kien wara li l-eks sieħba tiegħu spiċċat toħroġ ma’ Darmanin ftit wara li ntemmet ir-relazzjoni bejn l-akkużat u t-tfajla.
Huwa anki ġie ordnat jagħmel mitt siegħa xogħol fil-komunita’ kif ukoll iħallas kważi mas-sitt t’elef ewro fi spejjeż tal-Qorti.