Raġel minn Ħal Luqa tpoġġa taħt probation għal tliet snin, wara li ammetta li hedded lil ommu biex tagħtih il-flus biex ikun jista’ jixtri d-droga.
L-akkużat tressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Rachel Montebello fejn fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat għandu l-vizzju tad-droga u kien jitlob lil ommu l-flus biex ikun jista’ jixtri d-droga.
Il-Prosekuzzjoni spjegat ukoll kif nhar il-Ġimgħa l-akkużat ħebb, hedded u ffastidja lil ommu fir-residenza tagħha f’Ħal Luqa.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ ommu filwaqt li ordnat li jitpoġġa probation għal tliet snin.