It-taqtigħa finali għal min se jkun mexxej tal-Partit Konservattiv Ingliż u għalhekk Prim Ministru tar-Renju Unit, hija bejn żewġ nisa, wara li Michael Gove inqata’ barra mit-tellieqa.
Issa l-membri tat-Tories irid jagħżlu bejn Theresa May u Andrea Leadsom, b’May hija kkunsidrata bħala l-favorita.
May ilha favorita minn meta fetħu n-nomini u għandha 60% tal-appoġġ tal-politiċi fil-partit. Il-membri konservattivi li jridu jagħmlu l-għażla finali huma madwar 150,000.
Din l-elezzjoni kienet meħtieġa wara r-riżenja tal-Prim Ministru, David Cameron, wara r-riżultat tar-referendum tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.