Il-partit AK li jinsab fit-tmexxija tat-Turkija għażel lil Binali Yildrim bħala l-kandidat għal mexxej, ġimagħtejn wara li diżgwid mal-President wassal biex irriżenja l-Prim Ministru.
Yidlrim, li bħalissa huwa l-Ministru għat-Trasport, huwa meqjus bħala l-id il-leminija tal-President Recep Tayyip Erdogan.
L-eksPrim Ministru Ahmet Davutoglu kien oġġezjona l-pjan ta’ Erdogan li jkabbar il-poter tiegħu. Għaldaqstant, il-President Tork kien qed ifittex lil xi ħadd li huwa iktar viċin il-viżjoni tiegħu.
F’diskors li sar il-Ħamis, Yildrim, li għandu 60 sena, kien ċar u qal li se jaħdem id f’id mal-President. Huwa se jkun konfermat bħala l-mexxej il-ġdid tal-partit f’kungress straordinarju li se jsir il-Ħadd. U b’hekk jieħu awtomatikament l-irwol ta’ Prim Ministru.