Rishi Sunak sar il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit, wara li dalgħodu ltaqa’ mar-Re Karlu fil-Palazz ta’ Buckingham.
Fl-ewwel diskors tiegħu, huwa qal li r-Renju Unit qed jiffaċċja “kriżi ekonomika profonda” u li ntgħażel bħala l-mexxej il-ġdid tat-Tory biex jirranġa l-iżbalji ta’ Liz Truss.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
“Il-fiduċja tinkiseb, u jien se nikseb tiegħek,” qal lill-pubbliku minn barra Number 10 f’Downing Street.
F’diskors qasir ta’ tluq, Liz Truss iddefendiet dak li ppruvat tikseb u l-pjan tagħha għat-tnaqqis tat-taxxa, filwaqt li qalet li l-mexxejja għandhom ikunu kuraġġużi f’dawn iż-żminijiet.