Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes ippreżenta programm ta’ ħidma lill-Kunsill tal-Ministri. Dan kien l-ewwel kunsill tal-ministri ippresedut mill-Presidenza Maltija fil-bini l-ġdid tal-Kunsill, Europa Building.
Huwa spjega l-prijoritajiet ewlenin fil-qasam tal-agrikoltura, li jsegwu bir-reqqa s-sitwazzjoni tas-swieq u tan-negozjati, kif ukoll li jaslu għal deċiżjoni dwar il-produzzjoni agrikola, il-foresti, ir-reżistenza antimikrobika u l-mediċini veterinarji.
Fil-qasam tas-sajd, il-Presidenza Maltija se tiffoka fuq l-adozzjoni ta’ numru ta’ liġijiet li jinkludu l-pjanijiet multiannwali, il-flotot tas-sajd esterni u l-miżuri tekniċi. Fil-Kunsill tal-Ministri ġew diskussi wkoll l-aħħar żviluppi fis-swieq agrikoli, l-implimentazzjoni tal-Milk Package, kif ukoll ir-rapporti dwar il-laħam tan-nagħaġ.