Persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ġabru tlett elef ewro b’risq Puttinu Cares, biex jingħaqdu mad-donazzjonijiet li qed jingħataw mill-poplu Malti u Għawdxi biex jgħinu pazjenti li jiġu bżonn kura barra minn xtutna.
Fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri kiteb li ma’ dawn, inġabru ħamest elef ewro oħra mill-forn tal-ħabs, li f’dawn iż-żminijiet ikun qed jaħmi qagħaq tal-appostli u ikel u ħelu ieħor relatat ma’ dawn iż-żminijiet, li jinbiegħu minn quddiem il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.