Fi stqarrija llejla maħruġa mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ntqal kif priġuniera li kienet għamlet attentat ta’ suwiċidju f’nofs Ġunju li għadda, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei fejn hija kienet qed tinżamm għall-kura.
Fl-istqarrija ntqal ukoll kif din il-persuna kienet kontiwament taħt moniteraġġ minn psikjatra, bl-aħħar viżta seħħet ftit jiem qabel pprovat tieħu ħajjitha b’idejha.
Fl-aħħar rapport tiegħu, il-psikjatra rrimarka li l-persuna inkwistjoni bdiet tagħmel progress u ma kienx hemm riskju ta’ suwiċidju.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech.