Priġunier ta’ 30 sena u li huwa Malti ddaħħal l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-5:05 tal-Ħadd waranofsinhar għamel attentat ta’ suwiċidju.
Dan intqal fi stqarrija mill-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, fejn intqal li l-priġunier instab fiċ-ċella tiegħu.
Intqal kif it-tobba u l-infermiera tal-ħabs taw l-ewwel għajnuna lill-vittma u wara ttieħed l-isptar.
Dwar dan il-każ ġew infurmati l-pulizija tad-distrett, filwaqt li nħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/08/08/se-ssir-inkjesta-indipendenti-dwar-il-proceduri-interni-tal-habs/