Priġunier ta’ 49 sena minn Birkirkara tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei.
Fi stqarrija mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi intqal kif il-priġunier Malti nstab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat mejjet.
L-istqarrija kompliet tispjega kif l-ewwel indikazzjonijiet juru li r-raġel ma kellu ebda sinjali esterni ta’ vjolenza.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta interna filwaqt li l-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha.
Dwar dan il-każ infetħet ukoll inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa.