Uffiċċjal tal-Special Response Team tal-faċilità korrettiva ta’ Korsin safa aggredit fejn saħansitra kiser idu waqt il-qadi ta’ dmiriietu.
Sorsi qalulna kif priġunier qala xi inkwiet u waqt l-intervent tiegħu sabiex jipprova jikontrolla s-sitwazzjoni milli tkompli teskala, dan il-gwardjan spiċċa bi ġrieħi f’idu.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn irriżulta li kellu ksur.
Fi stqarrija il-GWU qalet li dan l-abbuż fuq l-uffiċċjali korrettivi għandu jieqaf u ttamaw li l-amminsitrazzjoni tal-ħabs tieħu passi dixxiplinarji fil-konfront tal-agressur.