Priġunier, li f’nofs Lulju li għadda nstab mitluf minn sensih wara li aktarx waqa’ u ħabat rasu waqt li kien fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Carmeli, tilef ħajtu wara ġimagħtejn rikoverat l-Isptar.
Il-vittma, Jesmond Gatt, kien qed jinżamm taħt arrest wara li ġie akkużat li ta n-nar lil bieb ta’ residenza fil-Ħamrun fejn tgħix anzjana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Infetħet inkjesta maġisterjali biex tistabbilixxi l-fatti wara l-każ.