Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tressaq mill-ġdid il-qorti akkużat li ħebb għal gwardjan waqt il-qadi ta’ dmiru.
Anthony Borg ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar ġie akkużat li inġurja, hedded u għamel offiża fuq gwardjan tal-ħabs, li huwa s-supervisor, Martin Schembri.
Il-każ ġara is-sibt fid-9:30 ta’ filgħodu fil-faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Sarah Zerafa, talbet lill-Qorti tqies lil Borg bħala riċediv. Talbet ukoll biex tipprovdi s-sigurtà lil Scicluna.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.