Erba’ immigranti li għaddejjin mill-proċeduri sabiex jiksbu l-ażil tressqu l-Qorti akkużati li xtraw u pruvaw jużaw passaporti foloz.
Allegatament, tliet Sudaniżi, Adam Smai Omar, ta’ 23 sena , Mohia Aldyn Seliamen, ta’ 20 sena, Adam Hamad, ta’ 18-il sena u Abbass Isem, ta’ 24 sena miċ-Chad pruvaw jaħarbu lejn Katanja biex isibu xogħol hemm.
Huma wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, u l-Qorti kkundannat lil Adam Hamad tmien xhur ħabs minħabba li diġà għamel dan ir-reat fil-passat.
It-tliet akkużati l-oħra ingħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs.