Il-mexxej tal-forza Merċenarja Wagner, Yevgeny Prigozhin, se jitlaq mir-Russja u se jmur fil-Belarus, b’patt li għamel.
Dan qaluh kelliema għall-Kremlin, minkejja li uffiċjali mill-Belarus ma kkonfermawx jekk Prighozin wasalx fil-pajjiż u lanqas xi status se jingħata.
Il-Parlament Russu qed jaħdem fuq liġi biex jirregola lill-grupp Wagner.
Iċ-Ċina affermat is-sapport lejn is-sieħeb strateġiku tagħha, ir-Russja, wara li d-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Moska, mar Beijing, il-Ħadd, biex jiltaqa’ ma’ uffiċjali Ċiniżi.
Min-naħa l-oħra, il-Ħadd, kelliema għal Kjiv, qalu li rnexxielhom jieħdu kontroll kontra l-Forzi Russi, viċin Bakhmut, fil-Lvant tal-Ukrajna.