Għal darb oħra l-prezz tal-fuel baqa’ stabbli f’Malta filwaqt li żdied fil-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
Statistika maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea indikat dan b’mod ċar.
Il-prezz tal-petrol fl-Unjoni Ewropea huwa dak ta’ €1.35, 7ċ ogħla minn dak lokali, u il-prezz tad-diżil huwa €1.17, 1ċ ogħla mill-prezz lokali.
Mejju 2016 –Ġunju 2016 | Petrol | Diżil |
Prezzijiet fl-U.E. | €1.35 | €1.17 |
Prezzijiet f’Malta | €1.28 | €1.16 |
Minn nofs Jannar tas-sena li għaddiet kien hemm żieda totali ta’ 6ċ fil-petrol u roħs ta 1ċ biss fid-dizil fl-Unjoni Ewropea, iżda fl-istess perjodu f’Malta il-petrol naqas b’14ċ, u d-dizil b’19ċ.
Dan ifisser li pajjiżna kellu l-ikbar rata ta’ tnaqqas fil-prezzijiet għal dan il-perjodu. Il-prezz tal- fjuwil tnaqqas ukoll f’erba’ pajjiżi oħra barra Malta. Għal dan il-perjodu l-ikbar żieda fl-Unjoni Ewropea fil-prezz tal-petrol kien ta 18ċ fl-Iżvezja, pajjiż li ra 8ċ żieda fil-prezz tad-diżil ukoll.
Jannar 2015-Mejju 2016 | Petrol | Dizil |
Prezzijiet fl-U.E. | +6c | -1c |
Prezzijiet f’Malta | -14c | -19c |
Preżentament hemm 12-il pajjiż bi prezz tal-petrol ogħla minn dak ta’ Malta. Sewwieqa Maltin iħallsu inqas għall-fjuwil minn 346 miljun sewwieq Ewropew, bl-ogħla prezz għal petrol preżentament ikun dak ta’ €1.53 fl-Olanda (25ċ iktar mill-prezz f’Malta), u l-ogħla għal dak tad-dizil hura fir-Renju Unit, ta’ €1.45 (29ċ ogħla minn Malta).
Dawn l-istatistiċi mill-Kummisjoni Ewropea jindikaw li mindu bdiet l-amministrazzjoni attwali f’pajjiżna l-prezzijiet tal-petrol u tad-dizil naqqsu bi 15% u 17% rispettivament. Ċifri sodisfaċenti mmens meta mqabbla ma dawk ta’ amministrazzjonijiet preċedenti fejn il-petrol ogħla b’26% u id-dizil b’ 35%. Dan f’perjodu li dawn naqqsu fl-Ewropa b’21% u 17% rispettivament.
Petrol | Dizil | |
Amministrazzjoni Attwali | -15% | -17% |
Amministarzzjoni Preċedenti | +26% | +35% |
Prezz fl-U.E | -21% | -17% |
Dawn iċ-ċifri iġibu fix-xejn allegazzjonijiet tal-opożizzjoni li qalu li l-Poplu Malti u Għawdxi ser jibqa jħallas l-ogħla prezzijiet fl-Ewropa.