Mill-Ġimgħa 12 sal-Ħadd 14 t’Ottubru, waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Birgufest, Heritage Malta se tkun qed toffri lill-pubbliku l-opportunità li jżur il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu, u Forti Sant’Anġlu bi prezz imraħħas.
Il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru, biljett kumbinat bil-prezz ta’ €2 se jipprovdi dħul fil-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu. Ħinijiet tal-ftuħ: mill-5:00pm sal-11:00pm (l-aħħar dħul fl-10:30pm).
Is-Sibt, 13 t’Ottubru, biljett kumbinat bil-prezz ta’ €2 se jipprovdi dħul fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu, u Forti Sant’Anġlu. Ħinijiet tal-ftuħ: mid-9:00am sa nofs il-lejl (l-aħħar dħul fil-11:30pm).
F’din il-ġurnata, se jkun hemm żjara esklussiva mal-Kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur fis-6:00pm, u żewġ żjarat bi gwida fil-partijiet ta’ fuq ta’ Forti Sant’Anġlu fit-8:00pm u fid-9:30pm.
Il-Ħadd, 14 t’Ottubru, biljett kumbinat bil-prezz ta’ €2 se jipprovdi dħul fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu, u Forti Sant’Anġlu. Ħinijiet tal-ftuħ: mid-9:00am sal-5:00pm (l-aħħar dħul fl-4:30pm).
Il-biljetti li jinxtraw huma validi biss għal dik il-ġurnata.
Tfal taħt it-12 il-sena jidħlu bla ħlas.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit ta’ Heritage Malta http://www.heritagemalta.org