L-Awstralja qed tistma l-ħsara li saret miċ-ċiklun Debbie li ħalla ħerba sħiħa fi Queensland.
Iż-żona li ntlaqtet mid-diżastru naturali tinkludi mal-elf kilometru ta’ territorju Awstraljan hekk kif dan iċ-ċiklun ħalla tlett persuni mejta.
Iż-żona milquta xorta għadha fuq alert massimu u l-ordnijiet ta’ evakwazzjoni għadhom ħerġin sa issa dan hekk kif il-livell tal-ilma kompla jogħla kawża tal-għargħar miċ-ċiklun li ħakem il-pajjiż din il-ġimgħa.
Sindku ta’ wieħed mill-postijiet fi Queensland saħaq li l-ispiża għar-riġenerazzjoni tal-post mistennija tkun ferm għolja u appella lill-awtoritajiet konċernati biex jindirizzaw il-problemi tan-nies li ntlaqtu minn wieħed mill-agħar diżastri li laqat l-Awstralja f’sittin sena.