Mill-programm ta’ fondi Ewropej għall-perjodu 2014 -2020, €51 miljun se jintużaw bil-għan li jkunu sostnuti l-intrapriżi lokali.
Fost dawn hemm €5 miljun li huma attribwiti għall-iskema E-Commerce Grant.
Opportunità għan-negozji biex jiżviluppaw sit elettroniku jew APP tal-mobile.
Waqt sessjoni ta’ informazzjoni fuq din l-iskema, il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU Abigail Mamo saħqet fuq il-bżonn li n-negozji ma jibqgħux joperaw tradizzjonalment biss.