Żewġ żagħżagħ Maltin se jirrappreżentaw lil Malta bħala delegati uffiċjali għaż-żgħażagħ fil-Commonwealth Youth Forum li se jittella’ l-ġimgħa d-dieħla fir-Renju Unit.
Dan wara li l-ħidma speċjali tagħhom fis-soċjeta Maltija u Għawdxija ġiet rikonoxxuta hekk kif ġew magħżula bħala parti mill-Queen’s Young Leaders għas-sena 2017.
ONE News tkellem Eman Borg, żagħażugħ Għawdxi li flimkien ma’ Sara Ezabe jinsabu Londra sabiex jieħu sehem f’dawn il-konferenzi imqassmin tul tlett ijiem. Eman spjega x-xogħol li huwa jagħmel u li b’riżultat tiegħu ntgħażel biex jirrappreżenta lil pajjiżu.
“Bħala president għall-ewwel għaqda LGBTIQ f’ Għawdex il-ħidma tmur fuq diversi servizzi, diversi programmi li noffru kemm għal żagħżagħ, adulti u anke edukazzjoni fuq inklussivita u diversita ġewwa l-gżira Għawdxija.”
Qal li t-temi tal-inklussività u d-diversità se jkunu fuq nett tal-aġenda.
“It-temi li ser ikunu qed jiġu diskussi li huma il-Fairness Sustainibility, Peace and Prosepetti fuq l-aspett ukoll taż-żagħażagħ fuq l-aspett li ż-żgħażugħ Malti li għandu dak il-vantaġġ li huwa żagħżugħ Ewropew pero huwa ukoll żagħżugħ tal-Commonwealth u nibridgejaw dawn iż-żewġ aspetti differenti fuq il-pjattaforma tal-Commonwealth dejjem grazzi għall-inklussivilta u d-diversita li jien u Sara ser inkunu qed inqajmu ġewwa l-Assemblea.”
Eman sostna li huwa unur li se jirrappreżenta lil Mata f’dan l-avveniment importanti.
“Huwa ta’ unur li tkun magħżul. Huwa unur iktar li l-kunsill Nazzjonali taż-żagħżagħ għandu dik il-pjattaforma li jkun hemm kollaborazzjoni bejn tlett entitajiet differenti dejjem li titla’ tirrapreżenta lil Malta huwa unur. Huwa unur għaliex jien Għawdxi, jiena Malti.”
Dan l-avveniment ser isir bejn il–ħmistax u t-tmintax ta’ April bir-rappreżentanti żgħażagħ jiltaqgħu mal-uffiċjali għolja tal-pajjiżi tal-Commonwealth, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat.