Il-Preżentatur Ingliż Philip Schofield irċieva sapport kbir meta tkellem dwar l-omosesswalità tiegħu.
Schofield li għandu 57 sena u li għandu żewġt itfal u kien ilu miżżewweġ lil Stephanie Lowe qal hu gay fuq il-midja soċjali.
Huwa sostna li tkun gay hija raġuni biżżejjed biex wieħed ikun kburi bih innifsu. Dan minkejja li qal li qed iħossu muġugħ u konfuż minħabba li familtu għaddejja minn tbatija minħabba din il-kwistjoni.
Schofield appella biex nies li jinsabu għaddejji minn xi sitwazzjoni simili ma jiddejqux jitkellmu ma’ xi ħadd qrib tagħhom.
Bosta kienu dawk il-personalitajet li appoġġjaw lil Schofield, fosthom: id-duo Ant & Dec, Dermot O’Leary, James, Corden, David Williams u Piers Morgan.