Hekk kif fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Francesco Fenech u Lorin Scicluna, li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse, ġew ippreżentati pistoli u tmien kaxxi ta’ munizzjon.
Fil-Qorti ntqal kif fid-dar ta’ Lorin Scicluna nstabu tliet pistoli u l-kaxxi ta’ munizzjon.
Kirurgu li xehed fil-Qorti qal li l-vittma l-ieħor f’dan l-inċident weġġa’ gravi u sa ħames xhur wara, il-feriti kienu għadhom gravi.