F’konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ħamis, Valletta Football Club ħabbru ftehim ma’ Hudson Group li ser ikun l-sponsor uffiċjali tal-kits tat-tim belti.
Dan il-ftehim ser ikun qed ikopri l-skwadra tal-kbar u l-minors, l-akkademja kif wkoll l-uffiċjali kollha tal-klabb. Eventwalment dawn l-kits ser ikun qegħdin jiġu użati fin-nursery tal-klabb ukoll.
Waqt din il-konferenza ġew preżentati wkoll l-akkwisti kollha li għamel t-tim filwaqt li kien preżentat wkoll l-kowċ Thane Micallef li ħa f’idu t-tmexxija tat-tim fil-ġimgħat li għaddew.
Matul dan is-suq tat-trasferimenti Valletta FC akkwistaw s-servizzi ta’ Cain Formosa, Killiam Bevis, Enzo Ruiz, Bradon Paiber, Oke Akpoveta, Ulrich Ngong Nnomo, Bradly Fewo Kamden, Joseph Willy u Ryan Cheng.
It-tim mill-kapitali ser ikunu impenjati bl-ewwel partita tal-istaġun 2022 / 2023 nhar il-Ħadd li ġej kontra t-tim ta’ Hibernians FC, partita li ser tintlgħab fit-Tony Bezzina Stadium fil-18:30.
Ritratt: Andrew Grima / Valletta FC Media