Is-Sindku ta’ Pembroke l-Avukat Dean Hili għadu kif preżenta iktar minn 1700 oġġezzjoni lill-Awtorità għall-Ippjanar li fihom r-residenti ta’ Pembroke qed joġġezzjonaw għall-bini ta’ skola tac-Chiswik House.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill f’dan ir-rigward hija ċara. Il-Kunsill huwa kontra dan l-iżvilupp u dan għal diversi raġunijiet – uħud prattiċi u relatati mal-ammont ta’ traffiku irraġjonevoli li erbatax-il skola diġa qegħdin jikkawżaw f’Pembroke, u oħrajn ta’ natura aktar ambjentali u morali.
“Iż-żona immarkata hija waħda ta’ mportanza ekoloġika kbira għandha tigi pprezervata.” qal is-Sindku.
Matul is-snin il-Kunsill flimkien mar-residenti dejjem ilmentaw li din iż-żona mhijiex differenti minn dik li llum hija protetta, u li dan ix-xagħri imprezzabbli m’għandux jintilef b’aktar żvilupp.