Hekk kif kompliet tinstema’ l-kumplizzajoni fil-każ ta’ Yorgen Fenech ġiet ippreżentata evidenza li kienet tikkonsisti f’messaġġi mill-mobile ta’ Fenech.
L-Avukat tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ppreżenta żewġ files b’evidenza ta’ diskursata fuq WhatsApp.
L-inkjesta kienet ingħatat aċċess għal dawn il-messaġġi mill-mobile ta’ Fenech wara li l-Maġistrat Rachel Montebello, li qed tippresedi fuq dan il-każ, ħarġet digriet sabiex jitħallew jiġu ppreżentati ċertu konversazzjonijiet.