Tnieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li se jwassal biex titfassal strateġija dwar il-prevenzjoni tal-kriminalitá. Din hija l-ewwel strateġija tax-xorta tagħha f’pajjiżna.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-kriminalitá tal-illum il-ġurnata għandha wiċċ ġdid u dan jeħtieġ li jiġi indirizzat f’kull forma tiegħu.
Huwa spjega li l-prevenzjoni mhuwiex biss id-dmir tal-Pulizija, iżda jeħtieġ ukoll li jkun hemm l-involviment tal-entitajiet kollha.Il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħa għal ħames ġimgħat, bl-għan ewlieni jkun dak li ċ-ċittadin ikun protett.
Fost l-entitajiet li se jkunu qed jagħtu sehemhom f’din l-istrateġija nsibu l-Kunsilli Lokali u l-edukaturi.