L-għawwiema Maltin magħżula mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta biex jikkompetu fis-CIJ Meet fil-Lussemburgu kisbu wirjiet sodisfaċenti ħafna. Dawn huma r-riżultati li kisbu l-għawwiema lokali:
Men 50m Back | Nathan McCleave | Bronz |
Men 100m Back | Andre Camilleri / Nathan McCleave | Bronz / Fidda |
Women 100m Fly | Michela Portelli / Kristina Camenzuli | Bronz / Fidda |
Men 100m Fly | Mikhail Umnov | Bronz |
Men 200m Back | Andre Camilleri | Fidda |
Women 200m Breast | Amy Micallef | Bronz |
Men 200m Breast | Andrea Mallia | Fidda |
Women 200m Fly | Sarah Demicoli / Kristina Camenzuli | Fidda / Deheb |
Men 200m Medley | Thomas Wareing | Deheb |
Men 400m Freestyle | Dylan Cachia | Fidda |
L-iskwadra kienet akkumpanjata mill-Kowċ Nazzjonali Delon Dannhauser, il-Fiżjoterapista Andrew Pisani, Christine Demicoli bħala Uffiċjal tal-FINA, u l-Viċi President tal-ASA David Bonello bħala Team Manager.
L-ASA esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għar-riżultati miksuba u qed tistenna bil-ħerqa li tara ħafna mill-atleti jerġgħu jikkompetu fit-tielet Time Trials 2021/2022 li se ssir is-Sibt, 26 ta’ Marzu fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.